Search
Monday, February 06, 2012 ..:: Home ::.. Register  Login
   Minimize


 Print   

 It-Tieni Hadd tal-Avvent Minimize

NIPPREPARAW GHALL-MIGJA TAL-MULEJ
It-tieni }add ta’ l-Avvent, se nirriflettu dwar l-opportunità li jag]tina Alla f’kull \mien biex induru lejh u nin]elsu mir-rabtiet  qodma tag]na u nduru lejh biex insalvaw.  {wanni l-Battista huwa dak li jurina l-mog]drija ta’ Alla li jdur lejna u ji[ri warajna biex nindmu tassew minn dnubietna u nibdlu ]ajjitna.  Alla jid]ol f’l-istorja tal-bniedem u bi bnedmin jinqeda biex jurina l-im]abba tieg]u g]alina.  It-t]abbira tal-Evan[elju minn San Luqa turina fil-fatt \ew[ ]wejje[. Alla jin\el u jsir bniedem mal-bnedmin, u meta ji[i hu kull ma hu ]a\in u jtellef il-pa`i fil-qalb tal-bniedem, se jispi``a.  Ma’ {esù tibda ]ajja [dida.  Bih mhux biss ting]ata glorja lil Alla fil-g]oli tas-smewwiet, i\da wkoll tintradd lura l-pa`i lill-bnedmin li jaqdu lilu.

Mulej, Alla, Missier tag]na, Int ma tixba qatt tistedinna nduru lejk, u tag]mel minn kollox biex t]abbibna mieg]ek mill-[did. Ibg]at fuqna d-dawl tieg]ek biex nifhmu dejjem iktar is-sinjali li juruna l-pre\enza tieg]ek fil-]ajja tag]na; ixg]el f’qalbna l-musbie] ta’ kelmtek, ]alli nindmu minn dnubietna u nduru lejk b’qalbna qawwija u b’rieda s]i]a li ma nitbieg]edu qatt aktar minnek.


 Print   

 Marija: mudell għalina fil-mixja tagħna lejn Ġesu` Minimize

Inħarsu lejn Dik li l-ubbidjenza sħiħa għar-rieda tal-Missier, tat it-twelid fil-ġisem lill-Iben ta’ Alla għas-salvazzjoni tagħna.  Għal Marija “iż-żmien li teħles” (Lq 2,6) waslilha f’Betlehem u mimlija bl-Ispirtu tat lid-dinja l-ewwel imwieled tal-ħolqien ġdid.  Imsejħa biex tkun Omm Alla sa mill-ewwel mument tat-tnissil verġinali tagħha Marija għexet il-milja tal-maternità tagħha u wasslitha għall-qofol tagħha fuq il-Kalvarju ħdejn is-salib.  Hemm, b’don tassew ta’ l-għaġeb ta’ Kristu hi saret Omm il-Knisja u wriet lil kulħadd it-triq li twassal għand Binha.

Marija hija l-mara tas-skiet, mara li għalkemm kienet omm Alla għaddiet ħajjitha siekta taghmel ix-xogħol ordinarju tagħha fid-dar ta’ Nazaret. Dan kollu kuntrarju għall-istorbju li aħna mdorrijin ngħixu bih fid-dinja ta’ llum. Marija hija dejjem lesta biex tisma’, kuntrarju wkoll għal tant bnedmin illum li qatt m’għandhom ħin għal ħadd għax dejjem għandhom x’jagħmlu. Marija hija kollha ħlewwa, mitluqa f’idejn Alla, biex tagħmel dejjem dak biss li jrid minnha hu. Tant hu hekk li l-Verġni Marija ġiet imsejjħa “hienja minn żmien għal żmien, għax għarfet l-għeġubijiet li seħħew fiha bil-qawwa ta’ l-Ispirtu s-Santu. Id-dinja kollha minn żmien għal żmien qatt ma tgħijja titlob lill-Verġni Marija u tħares lejha bħala Omm il-ħniena fejn kull bniedem dejjem isib il-kenn taħt il-ħarsien tagħha.  Jalla hi, li ma’ Ġesu Binha u San Ġużepp l-għarus tagħha, għixu f’għaqda hekk kbira fid-dar fqajra tagħhom ta’ Nażarett, tmexxi l-passi tagħna lkoll fit-triq tas-sliem u titlob għalina lil Alla biex hu jixħet fuqna kotra ta’ grazzji li jgħinuna f’ħajjitna nersqu dejjem aktar lejn binha Ġesu`.



 Print   

The Blessed Virgin Mother, is calling you.... Listen with your heart... Never be afraid to say YES to whatever Jesus is asking of you. Mary said Yes to His divine will and brought great joy to all men. Your Yes, too, will change your life and others' lives forever. So pray and watch as your YES seed grows and grows within you.

 Links Minimize


 Print   

   Minimize


 Print   

Copyright 2011 by Ursuline Sisters Malta   Terms Of Use  Privacy Statement