• Home
  • About us
    • Profil: Superjura Generali
    • Fundatur: Mons. Isidor Formosa
    • Il-Karizma tas-Sorijiet Orsolini
  • Media
    • Photos
    • Videos
    • Articles
  • Ekklesia
  • Testimonials
  • Prayers
  • Contact us
Ursuline Sisters of St Angela Merici

“Mhux int għażilt lili, imma jien għażilt lilek.” (Ġw 15, 16)

Picture
Sr.Georganne meta rċiviet il-Grizma ta' l-Isqof
Picture
Sr.Georganne ma' tnejn min-neputijiet tagħha
Jiena Melissa Sultana mix-Xagħra Għawdex u fil-Professjoni ġie mogħti lili l-isem ġdid ta’ Sr. Georganne Marie Sultana. Twelidt fil-31 ta’ Marzu 1983. Jiena s-seba’ wild minn disa’ aħwa għal George u Mary Ann. ħuti huma: Mary, Fortun, Angela, Guża, Mark u Victor ikbar minni; John u Charmaine iżgħar minni. Familja kbira, familja sabiħa, familja fejn għaddejna tant mumenti sbieħ flimkien, familja fejn il-ġenituri tagħna tawna tant valuri nsara u sodi. Dejjem kienu jkellmuna fuq Ġesù u rabbewna midħla tal-Parroċċa tagħna, Parroċċa li dejjem tat importanza li trawwem vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi fija. 

Jiena rċevejt it-tagħlim akkademiku tiegħi mill-iskola Primarja Patri Mattew Sultana ġewwa x-Xagħra u dik Sekondarja fl-iskola Agius De Soldanis ġewwa r-Rabat. Imbagħad komplejt l-istudju Post Sekondarju tiegħi fliskola Sir Mikelang Refalo ġewwa r-Rabat fejn segwejt kors ta’ segretarja. Sentejn qabel ingħaqadt mas-sorijiet Orsolini, jiena ħdimt bħala facilitator fi tliet skejjel differenti ġewwa Malta u għal ħames snin ħdimt part-time ukoll bħala kitchen helper f’restorant ġewwa Għawdex. 


Minkejja l-istudju, ix-xogħol u l-għajnuna li dejjem tajt fid-dar, xorta waħda kont nagħmel ħilti biex insib ħin biex ngħin u nimpenja ruħi b’ħeġġa kbira u b’impenn filparroċċa tiegħi tax-Xagħra. Kont nagħti s-sehem tiegħi fil-quddies organizzat għat-tfal fil-ħin ta’ qabel l-iskola, naturalment dan kien possibli biss qabel ma bdejt naħdem, bħala animatriċi fl-quddies tal-ħadd, fil-gruppi tad-daqq tal-kitarri u tal-liturġija, fil-preparazzjoni tan-noveni u tant affarijiet oħra li jinvolvu kull tip ta’ ħidma u għajnuna fil-Knisja. 

Nista’ ngħid li minn dejjem, sa minn ċkuniti, niftakarni nħoss is-sejħa talMulej. Imma nistqarr li ma tantx tajtha mportanza. Fl-1998 kelli l-okkażjoni biex flimkien mal-grupp ta’ l-Ispigolatrici nżuru il-Crèche u naraw lit-tfal u lis-Sorijiet Orsolini. Din kienet tassew l-ewwel esperjenza tiegħi li nara hekk mill-qrib dak kollu li jagħmlu dawn is-sorijiet ma’ dawn it-tfal li għal diversi raġunijiet ma jistgħux ikunu jgħixu mal-familji naturali tagħhom. Barra minn hekk din l-esperjenza għenitni nagħraf tassew xi tfisser li jkollok familja u nara wkoll kemm tant drabi dan ma naprezzawħx biżżejjed. 


Minn dak inhar dejjem kienet baqgħet f’qalbi dik ix-xewqa li xi darba nerġa’ nżur lil dawn is-sorijiet. Imma kienu għaddew erba’ snin sa minn meta kont mort l-ewwel darba. Kien il-Ħadd 28 ta’ Lulju 2002, meta wara li kont għamilt kuntatt bit-telefon mas-Soru li kienet tieħu ħsieb ilvokazzjonijiet, bdejt esperjenza biex nara aktar mill-qrib din il-ħajja ta’ soru Orsolina. F’din l-esperjenza ta’ għaxart ijiem kont ngħin lis-sorijiet f’kull bżonn li kien ikollhom f’dak li għandu x’jaqsam mat-tfal. U dan ma kienx it-tmiem anzi l-bidu ta’ esperjenza aktar dejjiema għax minn dak in-nhar ’l quddiem, kull ċans li kien ikolli kont niġi nqatta’ sigħat u ġranet ngħin fil-Crèche. 

Kull darba li kont niġi kont inħoss ferħ kbir, ferħ li għinni niltaqa’ aktar malMulej u nagħraf aktar x’ried minni. Għamilt kuraġġ u tkellimt mal-vocation promoter dwar dak li kont għaddejja minnu. It-talb u l-pariri spiritwali siewja għenuni biex nasal nieħu d-deċiżjoni finali, jiġifieri dik li nħalli kollox u nwieġeb għas-sejħa tal-Mulej. U propju tliet snin wara li kontgħamilt dik l-ewwel esperjenza tiegħi, fil-21 ta’ Novembru 2005, festa tal-Preżentazzjoni ta’ Marija, ingħaqadt mal-kongregazzjoni tas-Sorijiet Orsolini flimkien ma’ Dorianne, illum Sr. Paula Marie u bdejt il-formazzjoni tiegħi bħala postulanta. Sentejn għaddew u marru, u fil-20 ta’ Ottubru 2007 bdejt is-sena tan-novizzjat fejn l-enfażi kien aktar fuq l-att spiritwali u ttalb li għenuni nipprepara ruħi biex nikkonsagra ħajti lil Alla permezz ta’ lEwwel Professjoni tiegħi nhar is-Sibt, 25 ta’ Ottubru 2008.

Jiena dejjem emmint bis-sħiħ kliem il-Mulej, “Mhux int għażilt lili, imma jien għażilt lilek.” (Ġw 15, 16). Nemmen li kien Hu li tefa’ ħarstu fuqi u sejjaħli biex inkun waħda mill-magħżulin tiegħu. Kien Hu li ried li jiena naħdem għalih, naqdih u nservih permezz talkariżma tas-Sorijiet Orsolini speċjalment fost iċ-
ċkejknin. Talba speċjali tiegħi hija din: Mulej, kompli żomm idejk fuqi biex nibqa’ fidila u ma nħares qatt u qatt lura imma għini nżomm ħarsti dejjem iffissata fuqek. Għini Mulej, biex ngħix sa l-aħħar nifs ta’ ħajti din is-sejħa tiegħek għalija. Indur lejk, għażiża Ommi Marija Santissma u nitolbok biex tkun miegħi inti wkoll f’din il-mixja tiegħi u bħalek ngħid dejjem: “Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej ħa jsir minni skond kelmtek.” (Lq. 1,38)

Permezz tal-Vokazzjoni reliġjuża jiena msejjħa biex inkun kollni kemm jien ta’ Ġesù, għax hu għalhekk sejjaħli: sejjaħli biex inkun tiegħu u biex naqdih floħrajn. Sejjaħli biex inxandar il-Kelma tiegħu u biex inkun xhieda tiegħu u strument ta’ paċi kull fejn inkun. Jiena ngħix il-ħajja konsagrata permezz tat-tliet voti ta’ kastità, ta’ faqar u ta’ ubbidjenza. Ġesù huwa t-Triq li jiggwidani; Ġesù huwa l-Verità li jmexxini bil-Kelma tiegħu li ssaħħaħni; Ġesù huwa l-ħajja li jgħini f’kull ċirkustanza u jħeġġiġni biex inkun tassew “il-melħ ta’ lart u d-dawl tad-dinja” (Mt 5, 13-14). U jiena, fuq dan l-eżempju ħaj u qawwi tiegħu irrid inkun it-triq, il-veritàu l-ħajja għall-oħrajn biex inressaqhom lejh. 

Irrid nagħrfu bħala l-uniku teżor tiegħi u mad-dixxipli ta’ Għemmaws, intennilu spiss: ‘Ibqa’ miegħi, Mulej.” (Lq 24, 29) “Iva,” intennilu ta’ spiss, “ibqa’ miegħi, Mulej u ħallini nduq dejjem u nilbes is-sentimenti tiegħek tal-ħniena, tat-tieba, ta’ l-umiltà, tal-ħlewwa, tas-sabar, tal-maħfra u fuq kollox ta’ l-imħabba dejjiema tiegħek jiena u nersaq lejn l-oħrajn biex huma jagħrfu li fija hemm inti ħaj!”. 

U issa messaġġ speċjali għalikom għeżież żgħażagħ: U lilkom ngħidilkom biex jekk tisimgħu leħen il-Mulej jistedinkom biex timxu warajh, tibqgħux lura, tibżgħux, għamlu kuraġġ u agħtuh widen. Hekk għamilt jiena wkoll. Smajt leħnu, ħadt parir, tlabt, u weġibt. Issejħa tiegħu hija hekk qawwija li ma tħallikx bi kwietek qabel ma twieġeb. U l-ferħ ta’ meta tasal tagħmel dan hu hekk kbir li mhux biss diffiċli, imma mpossibli tfisser fi kliem dak li tħoss. Itolbuh u Hu jgħinkom żgur – Hu magħkom dejjem. Intom għeżież wisq għalih. 


Hu stess jgħidilna: “Ara, naqqaxtkom fuq il-pala ta’ idejja!” (Iż. 49,15) u jgħidilna wkoll: “Jiena magħkom dejjem, sa l-aħħar taż-żmien.” (Mt 28, 20)
Picture
Sr.Georganne flimkien ma' l-ġenituri tagħha.
Picture
Sr. Georganne taqra l-Formola tal-Professjoni
Picture
Sr. Georganne - Għarusa ta' Kristu
Picture
Sr Georganne fil-ġurnata tal-Professjoni.
Picture
Sr.Georganne tilgħab ma' wieħed mit-tfal li tieħu ħsieb.
Picture
Picture
Sr.Georganne mal-Isqof t'Għawdex Mario Grech.

Ursuline Sisters Congregation, Malta © 2015 

✕